Lokali Qorti

Aħwa bla flus jiksbu l-libertà wara li l-Qorti neħħiet id-depożitu tal-pleġġ

Żewġ aħwa miżmuma l-ħabs minkejja li ngħataw il-libertà proviżorja tliet xhur ilu finalment ġew meħlusa, wara li qorti ddeċidiet li tneħħi d-depożitu tal-pleġġ tagħhom fid-dawl tal-mezzi finanzjarji limitati tagħhom.

Bogdan u Cosmin Ionut, aħwa Rumeni ta’ 23 u 21 sena jinsabu akkużati li importaw 31 kilo kannabis li l-pulizija sabu moħbija ġewwa l-qiegħ falz tal-vettura tagħhom meta niżlu mill-katamaran minn Sqallija. L-aħwa ġew arrestati f’Settembru 2019 u ngħataw il-libertà proviżorja f’Mejju li għadda, wara li għaddew aktar minn 20 xahar minn meta ġew akkużati.

Fl-għoti tal-libertà proviżorja, l-Imħallef Aaron Bugeja kien innota li diversi xhieda xehdu fil-kumpilazzjoni kontinwa ta’ provi u li suspettati f’każijiet simili ta’ droga kienu tħallew joħorġu fuq pleġġ. L-aħwa kienu ġew infurmati li se jitħallew joħorġu bil-kundizzjoni li jpoġġu depożitu ta’ €15,000 u sakemm jaqblu ma’ garanzija personali ta’ €25,000 kull wieħed, kif ukoll bil-kundizzjoni li jiffirmaw fl-għassa tal-Pulizija kuljum u joqgħodu fuq curfew.

Madankollu tliet xhur wara,l-aħwa baqgħu l-ħabs għax ma kellhomx mezzi biex iħallsu l-flus tad-depożitu. L-avukat tagħhom, Arthur Azzopardi, kien ippreżenta rikors ieħor quddiem il-Qorti Kriminali, fejn talab varjazzjoni fil-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja