Is-sitwazzjoni fis-settur tas-saħħa mentali ilha għal dawn l-aħħar snin ma tingħatax l-importanza mistħoqqha mill-Gvern….
U issa dan kollu qed joħroġ aktar fil-beraħ hekk kif pazjenti li qed jirċievu kura għas-saħħa mentali qed ikollhom iħallsu għal mediċina kemxejn għolja, anki wara li l-Gvern Laburista kien wiegħed li din il-mediċina se tkun b’xejn – wegħda li saret 10 xhur ilu.
Dan qalitu l-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali f’kummenti lit-Times, hekk kif fakkret li fid-diskors tal-budget tas-sena li għaddiet il-Gvern ħabbar riforma fl-istrateġija tal-kura fis-saħħa mentali. Madankollu din il-mediċina għadha mhix b’xejn, anki jekk kienet approvata fil-lista tal-mediċini li kellhom ikunu bla hlas.
L-assoċjazzjoni qalet li bagħtet lill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne hekk kif din il-materja issa qed tkun ta’ piż kbir fuq il-pazjenti u l-qraba tagħhom.
Mat-Times of Malta tkellem persuna li qed iħallas €220 fix-xahar għal din il-mediċina, u talab l-għajnuna wkoll mill-Malta Community Chest Fund.
F’korrispondenza li ntbagħtet mill-assoċjazzjoni ntqal li din il-problema jeħtieġ tkun solvuta mill-aktar fis, b’persuni li tkellmu ma’ Net News jgħidulna illi jixtiequ wkoll li l-Gvern issa jagħti lura l-flus li nefqu għax-xiri ta’ din il-mediċina fil-perjodu li suppost kellha tibda tingħata b’xejn.
//= $special ?>