Wara jiem sħaħ ta’ skiet taqtgħu b’sikkina, il-Ministru Bryon Camilleri illum reġa’ kkonferma kemm huwa maqtugħ mir-realta gravi li fiha jinsab il-ħabs illum
Il-PN permezz permezz ta’ stqarrija minn Beppe Fenech Adami l-Kelliem għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u ċ-Ċittadinanza qal li minflok talab apoloġija lill-familjari tal-ħabsin, minflok refa’ ir-responsabbiltá politika għall-imwiet li seħħew fil-ħabs fil-ġranet li għaddew u minflok assigura lill-poplu li determinat li jibdel ir-rotta fit-tmexxija ta’ ħabs li qed iwassal għal dawn l-imwiet, b’mod surreali l-Ministru Byron Camilleri qal li fil-ħabs kollox miexi sew u ma hemmx wisq problem.
Byron Camilleri tant hu maqtugħ mir-realta li jagħżel li jibqa’ jiddefendi lid-direttur tal-ħabs, liema direttur, taħt ħarstu seħħew dawn l-imwiet u l-istess Ministru illum għażel li jibqa’ jiddefendi sistema ta’ ħabs li minflok tirriforma l-ħabsin, qed twassal għal disprament u suwiċidji.
Byron Camilleri għal darb’ohra wera li m’għandux l-awtoritá li jibdel anki fejn jaf li hu ħażin u hu għalhekk li għandu jerfa’ r-responsabiltá politika tal-imwiet fil-ħabs u l-problemi kollha li hemm fiħ.
//= $special ?>