Futbol Sport

Ħamrun isofru t-tieni telfa konsekuttiva

(Ritratt: Trevor Sollars)

Matthias Mizzi
Birkirkara…………………..2
Ħamrun Spartans………..1

Birkirkara: D. Fernandes, E. Pepe, Y. Yankam (69’ R. Scicluna) , L. Montebello (85’ K. Bevis), P. Mbong (57’ C. Bonanni), K. Zammit, F. Falcone (85’ E. Ruiz) , C. Attard, O. Carniello, J. Macedo (69’ L. Aguirre) , D. Venancio

Ħamrun Spartans: H. Bonello, D. Gojkovic, J. Mbong, J. Ailton Soares, F. Sasere, J. Corbolan, P. Dordevic (79’ A. Oyama), K. Micallef (74’ C. Mercieca), C. Dielna, E. Marcellina (85’ L. Soufiane), F. El Bakhtaoui

Imwissija: 15’ E. Pepe, 67’ K. Micallef, 72’ R. Scicluna

Imkeċċija: 90 + 1’ C. Bonanni

Skorjaw: 32’ D. Soares (ĦMR), 40’ L. Montebello (BKR), 58’ F. Falcone (BKR)

Referee: Trustin Farrugia Cann

Assistenti Referees: Luke Portelli & Roberto Vella

Raba’ Uffiċjal: Ishmael Barbara

BOV Plejer tal-Logħba: L.Montebello (BKR)

Bidu xejn tajjeb għal Ħamrun Spartans f’dan l-istaġun b’Birkirkara jagħtuhom it-tieni telfa u meritatament jiksbu tliet punti oħra.

F’bidu intensiv, l-ewwel kwarta logħob, kienet ikkaraterizzata minn żewġ protesti ta’ penalty għaż-żewġ naħat, bit-terna arbitrali ħalliet il-logħob għaddej. Fit-tmintax-il minuta, f’azzjoni personali, Joseph Mbong wettaq ġirja mill-aqwa min-nofs bil-konklużjoni tiegħu tkun waħda ċentrali. Ħamrun komplew jirsistu biex minuta wara xutt b’saħħtu mill-bogħod mill-Franċiż Faissal El Bakhtaoui ġie salvat b’mod stupend minn Daniel Fernandes.

Man-nofsiegħa logħob pass preċiż mill-internazzjonali Malti Mbong tefa’ lil Dodo Soares wiċċ imb wiċċ mal-gowler biex dan tal-aħħar ikkonkluda b’mod tajjeb u għeleb lil Fernandes. Reazzjoni ta’ dan, Birkirkara rrispondew tajjeb biex fit-38 minuta ġirja veloċi ta’ Mbong tefgħet lid-difiża Ħamruniża taħt pressjoni. Żewġ minuti biss wara, Birkirkara għamlu l-iskor indaqs minn kros preċiż ta’ Yannick Yankam lejn Luke Montebello, b’dan għeleb għalkollox lil Bonello.

L-ewwel minuti tat-tieni taqsima bdew bl-istess ritmu ta’ logħob għal dak ta’ qabel, bil-Karkariżi kemxejn aktar perikolużi fuq l-attakk. Kien proprju żewġ minuti qabel is-siegħa logħob li Federico Falcone għaraf ikun f’pożizzjoni tajba biex ikkastiga lid-difiża Ħamruniża wara li din ma leħħitx il-periklu minn free-kick. Dan ma naqqas xejn mill-pressjoni ta’ Birkirkara, li baqgħu kompati saħansitra anke fid-difiża. Ir-ritmu fil-kumplament tal-logħba baqa’ wieħed għoli b’spettaklu ta’ logħob miż-żewġ naħat. Fl-aħħar mumenti tal-partita Birkirkara spiċċaw jilagħbu wkoll b’raġel inqas wara li s-sostitut Claudio Bonani daħal daħla perikoluża.