Lokali

Imut raġel ieħor bil-Covid-19 – 68 każ ġdid

3 persuni jinsabu fl-ITU

Fl-aħħar sigħat miet raġel ieħor bil-Covid-19 fil-gzejjer Maltin; raġel ta’ 88 sena. L-ammont ta’ vittmi kaġun tal-Covid issa tela’ għal 436.

Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt instabu 68 każ ġdid biex il-każijet attivi żdiedu għal 664. Il-każijiet totali issa telgħu għal 35,721. Aħbar tajba hi li fl-aħħar sigħat fiequ 44 persuna mill-imxija, biex it-total ta’ persuni li fiequ huwa dak ta’ 34,225.

Minn 36 każ ta’ COVID-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa, 3 minnhom qegħdin jirċievu l-kura fl-ITU. Fl-aħħar 24 siegħa kien hemm żieda ta’ pazjent li qed jirċievi l-kura fit-taqsima tal-kura intensiva.

S’issa 408,885 persuna huma mlaqqmin kompletament.