Lokali

Is-sitwazzjoni fil-Qammieħ sejra “mill-ħażin għall-agħar”

Il-Kunsillier u Kandidat f’isem il-Partit Nazzjonalista fil-Mellieħa Ivan Castillo, permezz ta’ post fuq Facebook, esprima il-frustrazzjoni tiegħu dwar is-sitwazzjoni tal-impjant tad-drenaġġ fil-Qammieħ. Castillo tenna li s-sitwazzjoni marret “mill-ħażin għall-agħar”.

F’filmat ippubblikat fuq Facebook minn Castillo, jidher drenaġġ ħiereġ mill-baħar. Il-filmat ittieħed madwar jumejn ilu.

Castillo ħeġġeġ lill-gvern għal darb’oħra sabiex jindirizza din il-problema għaliex il-prodott turistiku tagħna jiddependi fuq l-indafa tal-ibħra tagħna.