Lokali

Iweġġa’ gravi wara inċident fis-Siġġiewi

Niġerjan ta’ 31 sena residenti Ħal Luqa qed isofri minn ġrieħi gravi wara li l-Ġimgħa għal ħabta tat-15:30 għal xi raġuni, spiċċa b’idu maqbuda ġo fann industrijali.

Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.