Futbol Sport

Jingħata bidu għall-istaġun tas-Serie A

Mil-lum jingħata bidu għall-istaġun tas-Serie A, b’numru ta’ partiti interessatni. Ic-champions Inter se jibdew jiddefendu t-titlu kontra Genoa f’partita fejn fiha se jkun qed jiddebutta l-kowċ il-ġdid ta’ Inter Simone Inzaghi.

F’partita oħra, Juventus għada l-Ħadd jilagħbu barra minn darhom kontra Udinese fejn f’din il-partita il-kowċ Massimiliano Allegri se jkun qed jiddebutta għat-tieni darba fit-tmexxija ta’ Juventus. Milan it-Tnejn filgħxija jilagħbu kontra Sampdoria filwaqt li Roma il-Ħadd filgħaxija fl-Olimpico jilagħbu kontra Fiorentina.

Serie A: Illum: Inter v Genoa 6.30pm, Verona v Sassuolo 6.30pm, Empoli v Lazio 8.45pm, Torino v Atalanta 8.45pm Għada: Bologna v Salernitana 6.30pm, Udinese v Juventus 6.30pm, Napoli v Venezia 8.45pm, Roma v Fiorentina 8.45pm It-Tnejn: Cagliari v Spezia 6.30pm, Sampdoria v Milan 8.45pm