Kim Camilleri Lagana temmet fis-seba’ post fil-Kampjonati Ewropej taż-Żagħżagħ tal-Weightlifting li qed isiru fil-Polonja.
Il-weightlifter ta’ 13-il sena kienet waħda mill-iżgħar atleti li kkompetew fil-kategorija tal-40kg ta’ taħt il-15-il sena. Hi rnexxielha ttemm qabel atleti mis-Slovakkja u mill-Polonja. Camilleri Lagana rnexxielha terfa’ 38.40kg u 41kg, filwaqt li rnexxielha tagħmel clean and jerk fid-49kg.
Nhar it-Tnejn jidħlu fl-azzjoni Rylee Borg u Tenishia Thornton.
//= $special ?>