Internazzjonali

Numru rekord ta’ swab tests fi Franza

Fi Franza saru numru rekord ta’ swab tests tal-COVID-19 fl-istess waqt li beda l-użu tal-health pass fil-pajjiż li qed jintuża’ biex persuna tkun jista’ tidħol f’ristoranti, tagħmel użu mill-ferroviji u tattendi attivitajiet.

Il-health pass se jagħti l-possibiltà biex dawk li ħadu l-vaċċin ikunu jistgħu jattendu f’wħud mill-postijiet li fuqhom għad hemm restrizzjonijiet marbuta mal-Coronavirus Dawk li ma ħadux il-vaċċin jistgħu jattendu billi jippreżentaw test negattiv li ma jkunx sar ikun minn 72 siegħa qabel.

Intant, wara li l-President Emmanuel Macron kien ħabbar li l-health pass se jkun estiż, f’temp ta’ 16-il siegħa iktar minn miljun persuna bbukjat appuntament biex tieħu l-vaċċin.

Il-Gvern Franċiż qed jimmira li sa tmiem Awwissu, mal-50 miljun persuna tkun ħadet tal-anqas doża waħda tal-vaċċin.

Intant, l-Awstralja qed tesperjenza numru rekord ta’ każi tal-virus, bil-każi, jum wara l-ieħor dejjem qed ikompli jiżdiedu. F’New South Wales u Victoria kienu rrapurtati madwar 900 każ.