Persuni li tkellmu ma’ Net News saħqu li persuna jew persuni li għadhom mhux magħrufa ħarqu ħaj lil Tommy, qattus li kien jiffrekwenta l-akwati ta’ Bormla.
Kelliem għal pulizija stqarr ma’ Net News li l-Pulizija rċiviet rapport nhar is- 16 t’Awwissu fil-11:30am li kien hemm qattus mejjet fi Triq il-Polverista f’Bormla.
Jidher li sfortunatament il-qattus ingħata l-petrol taħt vann fl-istess Triq dan filwaqt li kompla jipprova jiġri għal taħt siġra tal-palm li tinsab ftit ‘il bogħod. Il-qattus instab wara li għamel jumejn ma jidher imkien.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ biex ikun stabbillit x’ġara eżattament kif ukoll min kien il-moħħ wara dan l-att.
//= $special ?>