SIRENS MECCA MARIN……….. 6
EXILES……………………………….. 5
(1-0), (2-1), (1-2), (2-2)
Wara d-diżappunt li ma lagħbux fil-Kampjonat Premier, Sirens Mecca Marin kellhom is-sodisfazzjon li għollew it-trofew bħala rebbieħa tal-Ewwel Diviżjoni. Konfront missielet bħal dejjem kontra Exiles, f’logħba li Exiles pattew mill-fatt li qatt ma kienu fil-vantaġġ.
Konklużjoni b’saħħitha ta’ Ken Erdogan tat vantaġġ ta’ 1-0 lil Sirens fl-ewwel sessjoni. Il-vantaġġ kiber għal 3-1 fit-tieni sessjoni, b’Mark Fenech inaqqas id-distakk parzjalment għal 2-1. Jerome Zerafa Gregory għamilhom 4-1 u sa dak il-ħin kollox deher taħt kontroll għal Sirens. Iżda Exiles ma ramewx ix-xugaman u baqgħu jemmnu tant li permezz ta’ Nicky Paris, Max Aquilina reġgħu daħlu fil-logħba.
Exiles irnexxielhom jagħmlu l-iskor 4-4 b’gowl ta’ Niall Saliba, Zerafa Gregory żamm il-vantaġġ ta’ Sirens iżda Sean Xerri de Caro reġa’ ġab id-draw. Il-logħba dehret destinata għal draw sakemm minn man-up, Gianni Farrugia ħareġ idu biex fis-centre u għeleb lil Matthew Castillo. Fi tmiem il-partita, Stefan Abela mill-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew lill-captain ta’ Sirens John Napier.
Sirens: G. Galea Curmi, M. Grech, K. Erdogan (1), J. Sciberras, J. Zerafa Gregory (2), G. Farrugia (2), M. Sciberras, I. Riolo (1), J.Napier, T. Said, L. Caruana, M. Azzopardi, O. Gauci, L. Grech Carr, M. Chircop
Exiles: M. Castillo, N. Saliba (1), S. Apap, M. Naudi, T. Sullivan, S. Xerri de Caro (1), M. Fenech (1), K. Griscti, N. Paris (1), J. Bajada, M. Aquilina (1), D. Fenech, G. Borg, E. Micallef, M. Attard Bondi
Referees: Peter Balzan, Antonio Torneo
//= $special ?>