Fl-aħħar sigħat dehret il-frustrazzjoni ta’ dawk li jgħixu fil-Haiti hekk kif il-ġuh qed jakkishom wara t-terremot li ħalla numru ta’ persuni bla saqaf fuq rashom.
Fil-port ta’ Les Cayes, diversi persuni dehru jiġġieldu u jisirqu l-ikel li kien qed jingħata f’għajnuna wara t-traġedja.
Il-provvista tal-ikel bħalissa hi waħda skarsa, bi stennija ma taqta’ xejn għal trakkijiet li qed iwasslu l-ikel f’għajnuna.
It-terremot, li seħħ fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, ħalla iktar minn 2,000 persuna mejta, iktar minn 12-il elf feruti u madwar 10,000 dar li sofrew minn numru ta’ ħsarat.
//= $special ?>