Tħabbret il-mewt ta’ Ġużi Grech, eks-player tal-isnooker Malti fejn matul is-snin rebaħ bosta unuri kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Grech miet fl-età ta’ 66 sena fl-istabilliment tal-Isnooker il-147 fil-Ħamrun.
Grech li huwa sitt darbiet champion ta’ Malta, fl-1987 temm bħala runner-up fil-World Amateur Snooker Championship kif ukoll għaxar snin wara rebaħ il-kampjonat tad-Dinja tal-Billiards li kien sar f’Malta u wara il-European Team Billiards Championship fl-2005. Guzi Grech rebaħ ukoll tliet darbiet l-Isportiv tas-Sena fl-1978, 1987, 1997.
Fl-2017 hu kien idaħħal fil-Hall of Fame tal-Kumitat Olimpiku Maltu. Kienu bosta li sellmu l-memorja ta’ Ġużi Grech fosthom il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport Clyde Puli.
//= $special ?>