Daniel Umanah ħa madwar 3,000 kilogramma f’donazzjonijiet ta’ ikel għall-villaġġ Niġerjan, Ikot Imo wara li għamel kampanja f’pajjiżna biex jiġbor ikel u riżorsi oħra.
Umanah qal li biex jitwassal l-ikel kien jirrekjedi madwar 6 sigħat fi vjaġġ intensiv ta’ madwar 500 metru bejn it-trakk mimli riżorsi u s-suq.
Hu rringrazzja lill-Maltin u numru ta’ organizzazzjonijiet lokali li wasslu biex il-ħolma tiegħu tiġi realtà.