Futbol Sport

Valletta jkomplu bil-bidu pożittiv

(Ritratt: Valletta FC)

Valletta………………….1

Balzan……………………0

Valletta: A. Guarnone, R. Camilleri, T. Caruana, J. Arthur, C. Gauci, E. Pena Beltre, J. Zerafa (M. Sansone 66′), I. Curjuric, Caio Prado (I. Micallef 86′), M. Fontanella (M. Jurdik 86′), L. Campos (E. Sala 74′).

Balzan: V. Vranes, A. Loof, S. Arab (N. Frendo 88′), M. Duric (M. Grima 46′) P. Fenech (M. Zlatkovic 83′), M. Johnson, U. Ljubomirac, M. Mijic, A. Andrejic, B. Kaljevic (A. Alves 46′), S. Cipriott

Referee: Fyodor Zammit

Assistenti referees: Duncan Spencer, Thomas Debono

ImwissijaL Cipriott, Curjuric, Andrejic, Arab.

BOV Player tal-partita: Caio Prado (Valletta)

Valletta komplew bil-bidu pożittiv hekk kif kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva wara dik kontra Ħamrun fl-ewwel partita, fit-Tony Bezzina Stadium għelbu lil Balzan 1-0.

Valletta ddominaw il-partita mill-bidu, b’Balzan jagħrfu jiddefendu tajjeb u jagħtu ftit ċans lill-avversarji. Minn naħa tagħhom Balzan minkejja li ftit kellhom pussess għarfu joperaw bil-kontrattakk fejn kienu perikolużi permezz ta’ Uros Ljubomirac u Milos Duric, bil-goalkeeper ta’ Valletta Alessandro Guarnone jkun strumentali għat-tim mill-kapitali.

Valletta sarrfu l-pusses li kellhom fl-ewwel taqsima, b’goal ftit qabel il-mistrieħ meta wara xogħol tajjeb ta’ Curjuric, il-ballun wasal għand Campos fejn f’tentattiv li jtajjar il-periklu, id-difensur ta’ Balzan Augustine Loof xeħet fil-lasta tiegħu stess.

Fit-tieni taqsima, Balzan ħasbu li ġabu l-iskor indaqs meta Alves ikkonkluda mill-viċin, bl-assistent referee jkun pront u jħassar il-goal għall-offside. Lejn it-tmiem Valletta setgħu rduppja iżda l-konklużjoni ta’ Milan Jurdik kienet salvata minn Vranes.