Sport Sport Ieħor

Zeljko Ancic isejjaħ 14-il player għall-Futsal Week Summer Camp

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-Futsal Zeljko Ancic sejjaħ skwadra ta’ 14-il player għall-Futsal Week Summer Camp li se jsir f’Porec fil-Kroazja bejn il-31 ta’ Awwissu u s-6 ta’ Settembru.

It-tim Malti se jkun qed jilgħab kontra l-Arabja Sawdita fl-1 ta’ Settembru u l-għada se jilgħab kontra l-Montenegro, bl-aħħar partita tintlagħab fl-4 ta’ Settembru kontra San Marino.

L-iskwadra msejjħa:

Goalkeepers: Clint Mifsud (Luxol Futsal); Stefan Vella (Luxol Futsal) 

Players: Ryan Gatt (Luxol Futsal); Giancarlo Sammut (No Club); Jovica Milijic (Valletta Futsal); Melvin Borg (Luxol Futsal); Karl Sciortino (Swieqi Futsal); Carl Azzopardi (Luxol Futsal); Cleaven Portelli (University of Malta); Armando Gjepali (Mellieħa Futsal); Mark Zammit (Luxol Futsal); Michael Borg (Swieqi Futsal); Jean Noel Azzopardi (University of Malta)