Coronavirus Lokali

53 każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna fl-aħħar 24 siegħa

Bejn is-Sibt u l-Ħadt instabu 53 każ ġdid biex il-każijet attivi żdiedu għal 667. Il-każijiet totali issa telgħu għal 35,774. L-Aħbar it-tajba hi li fl-aħħar sigħat fiequ 50 biex it-total ta’ persuni li fiqu huwa dak ta’ 34,275.

Sadanittant l-ammont ta’ pazjenti għal kura fl-Isptar Mater Dei żdied għal 41 każ bl-ammont totali li qiegħdin jirċievu l-kura intensiva fl-ITU jibqgħu 3. Madankollu, għadna ma nafux il-kundizzizjoni ta’ dawk li qiegħdin jirċievu il-kura fl-Isptar Mater dei u jekk saħansitra għandhomx il-Varjant ‘Delta’ li qiegħed jinfirex bla kontrol f’diversi pajjiżi.