Lokali Sport

BIL-FILMAT: Robson u Irwin jitkellmu għall-ewwel darba dwar dak li ġralu Dennis Law

Aktar kmieni din il-ġimgħa, l-eks leġġenda ta’ Manchester United Dennis Law ġie ċċertifikat li qed isofri mid-dimensja.

Dennis Law illum għandu 81 sena u l-istorja tiegħu reġgħet qajmet diskussjoni fid-dinja tal-futbol dwar l-effetti tal-logħba … u s-saħħa mentali tal-plejers.

Statistika tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa turi li madwar tmienja fil-mija tal-persuni li għandhom aktar minn 60 sena jiżvilupaw id-dimesja. Madankollu, jirriżulta li 46 fil-mija tat-Tim Nazzjonali Ingliz li rebah it-Tazza tad-Dinja fl-1966 ibatu minn din il-kundizzjoni.

Dwar dan is-suġġett sensittiv, aktar kmieni dalgħodu tkellimna mal-eks plejers ta’ Manchester United Brian Robson u Denis Irwin, li f’dawn il-jiem jinsabu f’pajjiżna.