Lokali

Drenaġġ ħiereġ fil-bajja ta’ Spinola

Diversi persuni li tkellmu ma’ Net News saħqu li ilhom diversi ġimgħat jilmentaw bi rwejjaħ kbar wara li beda jfur ammont kbir ta’ drenaġġ fil-bajja ta’ Spinola.

Dan id-drenaġġ, li ilu jiġi rrapurtat minn residenti kif ukoll sidien ta’ ħwienet, qed joħloq inkonvenjent kemm għan-negozji kif ukoll għal dawk kollha li jgħaddu minn din iż-żona.