Futbol Sport

Draw bejn Santa Lucia u Gżira United

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Rapport ta’ Matthias Mizzi

Santa Lucia………1

Gżira United…….1

Santa Lucia.: K. Archibald, A. Prates, J. Pisani, N. Pulis, G. Conti, P. Silva Mota, A. Da Silva Souza, F. Farias (85’ V. Plut), J. Tanti, L. Filho, K. Xuereb (61’ J. Zerafa)

Gżira United: J. Haber, G. Mentz Bohrer, S. Borg, N. Muscat (46’ Z. Scerri), S. Pisani, M. Davis, N. Portelli (77’ E. Mbong), R. Correa Duarte (65’ C. Gauci), M. Maxuell, T. Espindola de Paula, J. Mendoza

Imwissija: 45 + 2’ J.Tanti (STL), 75’ S. Pisani (GZR), 77’ C. Gauci (GZR), 80’ P. Silva Mota (STL), J. Tanti (STL), 88’ J. Pisani

Skorjaw: 11’ G. Conti (STL), 84’ (PEN) M. Maia (GZR)

Referee: Stefan Pace

Assistenti Referees:  Duncan Sultana & Alan Camilleri

Raba’ Uffiċjal:  Trustin Farrugia Cann

BOV Plejer tal-Logħba: Maxuell Maia (GZR)

Santa Lucia u Gżira United qasmu l-punti f’partita bbilanċjata. B’ Santa Lucia l-ewwel li marru minn fuq fil-ħdax-il minuta huma għarfu jikkontrollaw il-partita għal ħin twil, bl-uniku żball fid-difiża wassal għall-penalty fl-aħħar minuti. Fuq in-naħa l-oħra, Gżira, li fuq il-karta kienu aktar kwotati ma kienux fl-aqwa forma tagħhom biex ħarġu diżappuntati mingħajr it-tliet punti.

L-ewwel taqsima kienet ikkaraterizzata minn ħafna logħob fin-nofs, biż-żewġ timijiet ftit li xejn kienu perikolużi fuq l-attakk. Kontra dak mistenni Gżira laqtu gowl kmieni meta Gianmarco Conti ta’ Santa Lucia żmarka tajjeb lid-difiża waqt kros u ħasad għalkollox lil Justin Haber b’xutt mill-kaxxa ż-żgħira. Ir-reazzjoni ta’ Gżira ma kinitx f’waqta tant li l-ewwel azzjoni perikoluża tagħhom waslet fit-37 minuta minn ġirja veloċi ta’ Maxuell Maia bil-konklużjoni tiegħu kienet waħda ċentrali.  

Fit-tieni taqsima, Santa Lucia għarfu jikkontrollaw il-logħob bid-difiża tkun kompota f’kull ħin sakemm tmien minuti mid-disgħin minuta, is-sostitut Emmanuel Mbong daħal tajjeb fil-kaxxa u ġie mwaqqa’ minn Jan Tanti. Mill-ħdax-il metru Maxuell Maia għamel l-iskor indaqs. Wara dan il-penalty, Gżira qamu għall-okkażjoni biex wettqu numru ta’ azzjonijiet perikolużi li madankollu ma sarrfu fl-ebda gowl.