Lokali

Fil-Periklu tal-mewt wara inċident f’Għawdex

Raġel ta’ 25 sena residenti n-Naxxar jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ bi quadbike tal-għamla CFMoto li kien qed isuq.

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-11.00, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq is-Sagħtrija, ż-Żebbuġ, Għawdex.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech li ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.