Tħabbret il-mewt tal-istoriku, awtur u preżentatur Salvator Mousù, fl-età ta’ 87 sena.
Għal xi żmien, Salvator serva f’isem il-Partit Nazzjonalista fil-Kumitat Amministrattiv tal-Kappara.
Hu jibqa’ magħruf l-aktar għall-ammont kbir ta’ programmi edukattivi u kulturali li pproduċa u xandar fuq Radio 101.
Salvator Mousù se jingħata l-Aħħar Tislima l-Erbgħa li ġej, fit-8.30am, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann.
F’isem NET Media, inwasslu l-kondoljanzi lill-qraba ta’ Salvator, speċjalment lil martu Antonella.
//= $special ?>