Futbol Sport

Jake Grech jerġa’ jkun l-eroj ta’ Hibernians

(Ritratt: Trevor Sollars)

Rowen Camilleri

HIBERNIANS……2

GUDJA U…………. 1

Hibernians: I. Kone, F. Apap, L. Almeida, R. Dos Anjos (A. Attard 92’), J. Grech, D. Vella, E. Beu (T. Desira 96’), B. Thaylor (Z. Grech 85’), A. Agius, G. Izquier, W. Domoraud

Gudja U: G. Zammit, L. Beland-Goyette, R. Soares, T. Gusman (J. Dibola 67’), L. Cremona, F. Pankarican (H. Vella 78’), G. Mensah, N. Tabone (N. Micallef 83’), F. Zuniga, J. Grioli, I. Dudarev

Imwissija: N. Tabone 18’, L. Cremona 75’ J. Diobola 77’ (G), L. Almeida 22’, R. Dos Anjos 63’, J. Grech 96’ (H)

Skorjaw: G. Izquier 38’, J. Grech 96’(H), G. Mensah 50’(G)

Referee: Matthew Degabriele

Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u Vasil Vasilev

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Gabriel Izquier (Hibernians)

BOV Plejer tal-logħba: Gabriel Mensah (Gudja United)

Fl-ewwel partita minn meta l-Istadium tagħhom ħa isem l-eks President, il-mibki Tony Bezzina, Hibernians kellhom jistennew sal-ħin miżjud biex għelbu lil Gudja 2-1 b’gowl ta’ Jake Grech fis-96 minuta. Hibernians kienu ġejjin minn rebħa ta’ 3-1 kontra Gżira filwaqt li Gudja United ta’ Thane Micallef fl-ewwel logħba sofrew telfa ta’ 1-0 kontra Srens u għalekk din kienet it-tieni telfa konsekuttiva tal-istaġun.

Wara biss ħames minuti Gudja setgħu fetħu l-iskor meta kien Tensior Gusman li rċieva pass tajjeb li qatgħa d-difiża u wara li qabeż lill-gowlkiper ta’ Hibernians ra x-xutt tiegħu ikun maqlugħ fil-ħin mid-difensur Brażiljan Almeida. Fl-14-il minuta Hibernians ingħataw free-kick mix-xellug li nkariga minnu Erjon Beu li krossja u wara li d-difiża begħdet il-periklu parzjalment il-ballun wasal għand Ferdinando Apap iżda l-konklużżjoni tiegħu għaddiet barra. Fit-38 minuta Hibernians marru fil-vantaġġ. Kien Erjon Beu li tefa kross fil-kaxxa li sab lil GABRIEL IZQUIER li kompla għal ġewwa. Żewġ minuti wara Hibernians għoddhom għamluhom tnejn meta Jake Grech prova xutt minn tarf il-kaxxa, bi Glenn Zammit jilqa’ b’diffikultà u l-ballun ġie għand Domoraud li mill-viċin kien sfortunat li ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-wieqfa.

Fit-tieni taqsima Gudja ħarġu tajjeb ħafna tant li fil-50 minuta ġabu l-gowl tad-dro meta Tensior Gusman tefa ballun fid-direzzjoni ta’ GABRIEL MENSAH li minkejja li kien issikkat minn żewġ difensuri rnexxielu jixxutja u jgħeleb lil Kone. Fis-57 minuta kellna mument kontroversjali meta Hibernians tħassrilhom gowl għal offside. Kien cross-shot ta’ ta’ Erjon Beu li ħabat mal-wieqfa u ġie għand Thaylor li qassam fin-nofs lejn Almeida li kompla għal ġewwa, iżda Jurgen Spiteri għolla l-bandiera u ħassar il-gowl fost protesti mill-plejers u supporters Pawlisti. Hibernians komplew jgħafsu lill-avversarji u fit-80 minuta Domoraud minn taħt il-lasta ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tgħaddi għoli. Fis-86 minuta t-tim ta’ Hibernians reġa kien sfortunat meta din id-darba kien Almeida li ra x-xutt mill-viċin tiegħu jaħabat mal-lasta. Fl-aħħar minuta tal-ħin miżjud kien JAKE GRECH li tefa’ lis-supporters ta’ Hibernians f’dillierju ta’ ferħ meta b’xutt mill-viċin, li kien devjat mid-difiża ta’ Gudja, għeleb lil Glenn Zammit bl-iskor finali jkun dak ta’ 2-1 favur it-tim minn Raħal Ġdid.