Atletika Sport

Malti jwaqqaf rekord nazzjonali ġdid fin-nofs maratona ta’ Berlin

Dillion Cassar itemm fl-20 post fin-nofs maratona ta' Berlin

Suċċess għall-atleta Malti, Dillion Cassar fin-nofs maratona ta’ Berlin li saret illum, il-Ħaddfilgħodu, u li kellha l-parteċipazzjoni ta’ eluf ta’ atleti minn madwar id-dinja kollha. Cassar, li jtellaq għan-nom ta’ Mellieħa Atletic Club, temm fl-20 post tal-klassifika finali, ta’ kompetizzjoni li għandha tul ta’ madwar 21KM.

Cassar irkupra diversi posizzjonijiet fl-aħħar ħames kilometri ta’ din il-maratona biex daħal fl-20 post, u kiser ir-rekord nazzjonali Malti f’ħin ta’ siegħa, sitt minuti u 45 sekonda.

Dillio Cassar, ta’ Mellieħa Athletic Club, temm fl-20 post fin-nofs maratona ta’ Berlin, u li kellha l-parteċipazzjoni ta’ eluf ta’ atleti minn madwar id-dinja kollha.

Il-kompetizzjoni tal-Irġiel kienet mirbuħa mill-Kenjan Felic Kipkoech li temm din in-nofs maratona, f’ħin ta’ 58 minuta u 57 sekonda. Interessanti l-fatt li fl-ewwel sitt postijiet ta’ din in-nofs il-maratona, li jkollha l-parteċipazzjoni ta’ uħud mill-aqwa atleti fid-dinja, temmew atleti irġiel li huma kollha mill-Kenja.

Dillion Cassar wara li temm fl-20 post fin-nofs maratona ta’ Berlin, flimkien mal-kowċ u missieru, Rodney Cassar.

Cassar daħal ftit inqas minn tmien minuti wara r-rebbieħ, Kipkoech, f’dik li kienet prestazzjoni mill-aqwa għall-Malti li waqaf rekord nazzjonali ġdid f’Berlin.

Fil-Ġermanja, Cassar kien akkumpanjat mill-kowċ tiegħu, Rodney Cassar, li jiġi missieru.