Mietu talanqas għaxar persuni – b’oħrajn jindarbu – wara li uragan kbir imlaqqam ‘Grace’ avvanza mit-territorji lejn il-lvant tal-Messiku, fost ħalbiet kbar tax-xita u rwiefen qawwija li kkaġunaw l-għargħar u problemi kbar fis-servizzi tad-dawl.
L-imwiet u l-akbar straġi kienu rappurtati fl-Istat ta’ Veracruz li kien ilu jġarrab l-impatt tal-uragan min-nhar is-Sibt. Filwaqt li l-maltemp għamel ħerba mill-i stallazzjonijiet tal-elettriku (minbarra li qaċċat diversi siġar) it-toroq fil-belt ta’ Xalapa, il-kapitali tal-Istat, inbidlu litteralment f’widejn ta’ tajn enormi.
Ir-rapporti qalu li sitta fost il-vittmi kienu membri tal-istess familja, bl-awtoritajiet qed ifittxu għall-persuni rappurtati neqsin waqt il-maltemp.
Intant, l-uragan, fl-aħħar sigħat, deher li kien qed jitlef mis-saħħa u fejn naqas għal livell ta’ maltempata topikali waqt li kien qed javvanza lejn iċ-ċentru tal-Messiku.
Madankollu, l-irwiefen u x-xita qawwija baqgħu jikkaġunaw l-inċidenzi tal-għargħar, bil-maltemp ta’ ‘Grace’ jaffettwa wkoll l-ibnadi lejn it-tramuntana tal-Belt tal-Messiku.
//= $special ?>