Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ tliet sulari

Raġel ta’ 32 sena mill-Venezuela, qed jissielet għal ħajtu wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari f’bitħa ta’ residenza privata.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-06:00 meta il-pulizija daħlilhom rapport li persuna waqgħet minn xi għoli fi Triq tal-Qroqq l-Imsida.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post filwaqt li tim mediku ta l-ewwel għajnuna li r-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Rachael Montebelloli ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.