Lokali

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara ħabta f’San Pawl il-Baħar

Raġel ta’ 42 sena qed isofri minn ġrieħi gravi inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl il-Baħar, San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-07:30 xħin il-pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ incident tat-traffiku.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li żewġ muturi,  tal-għamla Kawasaki laqtu lil xulxin bil-konsegwenza li wieħed minnhom waqa’. Wieħed mis-sewwieqa, raġel 42 sena residenti n-Naxxar sofra ġrieħi gravi, filwaqt li l-ieħor li għandu 61 sena u residenti l-Imsida ma weġġax.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin