Lokali

Jinsab f’kundizzjoni stabbli ż-żagħżugħ li ħa f’idejh materjal pirotekniku

Iweġġgħu wkoll żewġ żgħażagħ oħra

Jinsab f’kundizzjoni stabbli ż-żagħżugħ ta’ 16-il sena minn Ħal Kirkop illi weġġa’ l-Ħadd waranofsinhar meta ħa f’idejh materjal pirotekniku.

Iż-żagħżugħ kien ghal xi ħin fil-periklu li jitlef ħajtu wara li hu flimkien ma’ żewġ żgħażagħ oħra spiccaw feruti. Iż-żewġ żgħażagħ l-oħra, minn Ħal Kirkop ukoll, ta’ 14 u 15-il sena, sofrew ġrieħi ħfief. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5pm meta ż-żgħażagħ kienu fiz-zona magħrufa bħala Tar-Ramlija, f’Ħal Kirkop stess, u għal xi raġuni seħħet splużjoni ikkagunata minn loghob tan-nar li kien fl-akwati.

Minbarra l-Pulizija, fil-post mar tim mediku b’Ambulanza, li ta l-ewwel għajnuna liż-żgħażagħ. Huma ttieħdu fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Kirkop u immedjatament wara l-Isptar Mater Dei.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-għassa Victor Axiaq, li ħatar Inkjesta assistit minn diversi esperi, bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sadanittant, b’rispett lejn it-tliet żgħażagħ, l-ispettaklu tan-nar fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Leonardu f’Ħal Kirkop tħassar.

Tags