Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia ta r-raġuni għalfejn ma sejjaħx lill-player il-ġdid ta’ St. Patrick Athletic FC, fl-ogħla diviżjoni tal-Irlanda hekk kif il-player jidher li għażel li ma jieħux il-vaċċin. Mangia qal li l-players u l-istaff kollu ħa l-vaċċin u b’hekk ma jridx ipoġġi f’riskju lill-bqija tat-tim. Mangia qal ukoll li Nwoko bħalissa mhux qed ikun regolari mal-iskwadra tiegħu u b’hekk din hija raġuni oħra għalfejn ma sejjaħx lill-player.
Mangia qal li dawn it-tliet partiti se jkunu ta’ opportunità għall-bosta players sabiex juru l-kwalitajiet tagħhom hekk kif għal din il-waqfa Mangia se jkollu numru ta’ players regolari neqsin minħabba injury fosthom lill-midfielder Matthew Guillaumier.
Dwar l-ewwel partita, kontra Ċipru Mangia qal li jinsab ottimist għal din il-partita hekk kif din se tkun l-ewwel partita tiegħu bin-nies fl-istadium sa mill-bidu tal-pandemija tal-Covid-19.
It-tim Nazzjonali Malti se jkun qed jilgħab l-ewwel partita tiegħu kontra Ċipru fl-ewwel ta’ Settembru biex mbgħada fl-4 u fis-7 ta’ Settembru jilgħab barra minn daru kontra l-Islovenja u r-Russja.
//= $special ?>