Il-prijorità tal-Budget li jmiss għandha tkun ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna – li innadfu isem Malta, li nerġgħu nibnu kredibblità, u li jkollna viżjoni fit-tul. Dan sostnietu l-MEA fi stqarrija li fiha preżentat il-prijoritajiet li għandu jaħdem fuqhom pajjiżna qabel il-Budget 2022.
Meta preżentat din il-viżjoni tagħha għall-Budget li jmiss, l-MEA għamlet analiżi profonda tal-effetti tal-greylisting fuq pajjiżna. F’punt minnhom, id-dokument jikkwota dak li kien qal Joe Farrugia fil-programm NETLIVE meta stqarr illi “jekk politiku bl-azzjonijiet tiegħu ikun qed iżid b’1% ir-riskju li nibqgħu fil-greylist, dan għandu jitneħħa”.
L-MEA tirrimarka fuq il-fatt li l-Gvern kien għamel projections ekonomiċi ottimisti għal din is-sena. Iżda r-realtà li affaċjajna fl-ewwel sitt xhur uriet stampa għal kollox differenti.
Id-dokument tal-MEA isemmi wkoll l-isfida tal-bidla fil-klima, il-bżonn ta’ investiment fil-qasam innovattiv u l-effetti tal-pandemija.
//= $special ?>