Sfortunatament tilef ħajtu r-raġel li lbieraħ waqa’ tliet sulari f’bitħa ta’ residenza privata fl-Imsida.
Ir-raġel mill-Venezuela ta’ 32 sena miet aktar kmieni dalgħodu fl-Isptar Mater Dei. Il-vittma ġie identifikat bħala YendManuel Gonzalez; persuna li kien involut ukoll fix-xena mużikali f’pajjiżna.

L-inċident seħħ ilbieraħ fis-06:00 meta l-pulizija daħlilhom rapport li persuna waqgħet minn xi għoli fi Triq tal-Qroqq l-Imsida.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post filwaqt li tim mediku ta l-ewwel għajnuna li r-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Rachael Montebelloli ħatret inkjesta.