Lokali Sport Sport Ieħor

Jittardja l-bidu tal-istaġun tat-tiġrijiet taż-żwiemel

(Ritratt: Joseph Galea)

Il-Malta Racing Club ħabbret li l-istaġun tat-tiġrijiet taż-żwiemel se jkun qed jitkompla l-Ħadd 19 ta’ Settembru minflok kif kien pjanat fil-5 ta’ Settembru. Jidher li r-raġun m’hijiex ċara dwar din id-deċiżjoni iżda fl-aħħar xhur kien tpoġġa ramel li m’huwiex atrezzat għaż-żwiemel b’riskju li l-istess żwiemel iweġġgħu.

F’post fuq Facebook, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport Clyde Puli, wassal il-messaġġ ta’ bosta dilettanti taż-żwiemel fejn staqsa bosta mistoqsijiet fosthom dwar il-manutenzjoni tal-istess korsa u dwar jekk id-dilettanti tal-istess sport kienux involuti fid-deċiżjonijiet. Fl-aħħar xhur il-Partit Nazzjonalista kien fuq quddiem nett sabiex iwassal il-messaġġ tad-dilettanti taż-żwiemel, hekk kif il-Gvern qed jinjora t-talbiet tad-dilettanti ta’ dan l-isport.