“Jekk qattx kien hemm dubju dwar min għandu s-saħħa f’Kastilja… dawk id-dubji issa jistgħu jiġu konfermati.”
Hekk kitbet Emma Portelli Brincat f’post fuq facebook b’reazzjoni għall-protest ġudizzjajru li ressaq l-eks Deputy Leader tal-Partit Laburista Joe Brincat li attakka l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Emma Portelli Bonnici li ġiet appuntata biex tmexxi grupp ta’ ħidma #QattAktar li jorbot il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista u s-soċjeta ċivili fuq is-sejbiet tal-inkjesta pubblika u lil’hinn minna, qalet li fi ftit sigħat minn meta l-eks Prim Ministru Joseph Muscat attakka l-inkjesta pubblika, sieħbu fil-Partit Laburista Joe Brincat ressaq dan il-protest biex jiskredita l-inkjesta u s-sejbiet tagħha.
Hija kompliet tgħid li permezz ta’ dan kollu huwa evidenti li l-apoloġija tal-Prim Ministru Robert Abela spiċċat taret mar-riħ f’temp ta’ ftit jiem.
//= $special ?>