Futbol Sport

Milan b’rebħa minima fuq Sampdoria

(Ritratt: EPA)

Milan bdew l-istaġun bl-aħjar mod hekk kif għelbu lil Sampdoria 1-0. Il-gowl li ddeċieda l-konfront wasal biss wara disa’ minuti meta minn cross ta’ Davide Calabria kien Brahim Diaz li kkonkluda għal 1-0, riżultat li Milan żammew sat tmiem.

Fl-Unipol Domus, Cagliari u Spezia ħadu punt kull wieħed fi draw ta’ 2-2. Emmanuel Gyasi fetaħ l-iskor għal Spezia wara biss seba’ minuti. Spezia rduppjaw fit-58 minuta permezz ta’ Simone Bastoni. Ir-rimonta ta’ Cagliari bdiet erba’ minuti wara meta Joao Pedro naqqas id-distakk, biex l-istess player fis-66 minuta għamel l-iskor indaqs permezz ta’ penalty.