Għall-ħabta tat-7.45 ta’ dalgħodu kien hemm nirien fuq il-Gozo Fast Ferry ftit ħin wara li telaq minn Għawdex.
Konsegwenza ta’ dan, il-passiġġiera kellhom jiġu evakwati għal fuq dgħajsa oħra. Fuq il-post immedjatmanet waslu fire engine kif ukoll ambulanza, iżda fortunatmanet ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Fi stqarrija maħruġa mill-Gozo Fast Ferry intqal li nħatret investigazzjoni interna sabiex tkun stabbilita r-raġuni ta’ dawn in-nirien, fejn infatti fl-aħħar ħin intqal li n-nirien kien żvillupati kaġun ta’problema teknika fuq id-dgħajsa. Kelliem għall-kumpanija qal li jiskużaw ruħhom għall-inkonvenjent li nqala’ kawża ta’ dan l-inċident filwaqt li rringrazzja lill-awtoritajiet għall-assistenza immedjata tagħhom.
//= $special ?>