Sport Sport Ieħor

Rylee Borg itemm fis-seba’ post fil-Kampjonati Ewropej taż-Żagħżagħ

Rylee Borg temm fis-seba’ post fil-Kampjonati Ewropej taż-Żagħżagħ fejn kiser ukoll seba’ rekords nazzjonali.

Il-weightlifter ta’ 14-il sena kien l-unika atleta maskili li rrapreżenta lil pajjiżna f’din il-kompetizzjoni fil-Polonja. Borg temm fis-seba’ post fil-kategorija ta’ taħt il-15-il sena tas-67 kg. Fi Grupp B, temm fl-ewwel post hekk kif irnexxielu jaqbeż lill-atleta li temm fit-tieni post bi 13-il kg.

Fi Grpp A, Borg temm fis-seba’ post minn disa’ weightlifter hekk kif irnexxielu jerfa’ 86kg fl-Isnatch u 105kg Clean and Jerk, fejn fil-proċess li għamel dan kiser seba’ rekords nazzjonali.