Fl-Olympic Stadium, West Ham komplew juru l-qawwa tagħhom dan l-istaġun meta għelbu lil Leicester City 4-1. It-tim imexxi minn David Moyes fetaħ l-iskor wara 26 minuta b’konklużjoni ta’ Pablo Fornals.
Leicester sfaw jilagħbu bi player anqas meta fl-40 minuta tkeċċa Ayoze Perez b’karta ħamra diretta. Fit-tieni taqsima, West Ham ħadu l-partita f’idejhom u kien Said Benrahma li għamel l-iskor 2-0. Fid-69 minuta, Youri Tielemans naqqas l-iskor, iżda doppjetta ta’ Michail Antonio fit-80 u l-84 minuta taw rebħa ta’ 4-1 lil West Ham.
//= $special ?>