Futbol Sport

Xeni drammatiċi f’partita tal-Ligue 1

Fil-partita bejn Marseille u Nice mill-Ligue 1 seħħ inċident bejn il-partitarji u l-players hekk kif il-partitatji ta’ Nice bdew jitfgħu flixkien u affarijiet oħra lejn il-players ta’ Marseille.

Flixkun minnhom laqat lill-midfielder ta’ Marseille Dimitri Payet. B’reazzjoni għal dan Payet reġa tefa’ l-flixkun lejn il-partitarji, bl-istess partitarji jaqbżu fil-ground u jikkonfrontaw lill-players ta’ Marseille.

Bil-logħba tkun abbandunata fis-sigħat li ġejjin mistennija tittieħed deċiżjoni dwar il-konsegwenzi ta’ dan fejn jidher li Marseille se jitilfu l-konfront 3-0 fuq il-mejda filwaqt li hemm possibilità li tingħalaq l-istand ta’ minn fejn intefa’ l-flixkun.