Internazzjonali

⁠ Ix-xita u l-għargħar fl-Ewropa jidhru li kienu kkaġunati mill-bniedem

Numru ta’ xjenzati ewlenin, wara analiżi bir-reqqa, ikkonfermaw li x-xita qawwija u l-għargħar li ħakmu f’diversi bnadi tal-Ewropa fl-aħħar ġimgħat, kienu l-kaġun tal-bidliet rapidi fil-klima….Bidliet li ħallew straġi kbira u telf ta’ ħajja madwar il-kontinent fost it-twissijiet biex il-pajjiżi industrijalizzati jieħdu kont ta’ dak li qed iseħħ.

L-aħħar għargħar fil-Ġermanja u l-Belġju ħalla ‘il fuq minn 200 mejtin waqt li x-xita u x-xmajjar li faqgħu il-madwar bl-għargħar ikkaġunaw ħerba f’numru kbir ta’ villaġġi.

Diversi analisti, sadanittant, qalu  li s-sħana rekord ta’ din is-sena u l-bidliet konsistenti fil-klima wasslu għal xita qawwija u straordinarja fil-Punent tal-Ewropa – bil-ħalbiet ikunu disa’ darbiet aktar min-normal.

L-inżul intensiv tax-xita f’din iz-zona sadanittant qed ikun attribwit lill-‘ħidma u l-effetti tal-bnedmin’ li qed iħallu impatt mhux mixtieq fuq il-klima.