Lokali

Covid-19: il-vittmi jitilgħu għal 437

Fl-aħħar sigħat instabu 35 każ ġdid ta’ Covid-19, bil-każijiet attivi issa jammontaw għal 681. Fl-aħħar 24 siegħa sfortunatament raġel ta’ 65 sena tilef ħajtu waqt li kien pożittiv għall-virus sabiex il-vittmi kawża tal-COVID-19 f’pajjiżna issa qed jammontaw għal 437

Bejn it-Tnejn u t-tlieta fiequ 40 persuna biex l-ammont ta’ persuni li fiequ 34,352.

Minn 37 każ ta’ COVID-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa, 2 minnhom jinsabu fl-ITU, ma nafux iżda kemm minnhom għandhom il-varjant Delta.

Ma nafux ukoll kemm mil-każijiet il-ġodda huma persuni li ħadu l-vaċċin jew le.

S’issa 409,969 persuna huma mlaqqmin kompletament bil-vaċċin kontra l-Coronavirus.