L-għoli tal-ħajja jħossu kulħadd, l-aktar dawk il-ħaddiema u l-familji li għandhom dħul baxx jew anqas mill-medja. L-ajma tal-għoli tal-ħajja tinħass aktar meta l-ħaddiem titnaqqarlu l-possibbiltà li jaħdem biex itejjeb l-introjtu għalih jew il-familja.
Fi stqarrija ffirmata mid-Deputati Jason Azzopardi u Beppe Fenech Adami, kif ukoll il-Kandidat Ivan Castillo, il-Partit Nazzjonalista qal li dan hu li qed jiġri fil-Korp tal-Pulizija meta t-tmexxija tal-Korp, b’mod arbitrarju, iddeċidiet li ma taċċettax aktar li l-membri tagħha jagħmlu xogħol marbut ma’ immaniġġjar tat-traffiku relatat ma’ kostruzzjoni jew f’każi ta’ toroq magħluqin jew aċċess ristrett. Dan ifisser li t-take home pay tal-Pulizija se titnaqqar b’detriment għall-għejxien tagħhom u tal-familji.
Il-Partit Nazzjonalista innota li inutli li l-Pulizija ta’ Malta huma rappreżentati f’unions, iżda mbagħad it-tmexxija tal-Korp tiddeċiedi affarijiet li jolqtu l-but tal-Pulizija mingħajr kunsultazzjoni. Din il-konsultazzjoni meħtieġa ma saritx maż-żewġ unions, aħseb u ara mal-Kuntistabbli li safa milqut mid-deċiżjoni.
Filwaqt li esprima solidarjetà mal-Pulizija milquta minn din id-deċijoni, il-Partit Nazzjonalista qal li jemmen li l-Korp tal-Pulzija għadu fiċ-ċans li jkompli jtejjeb l-għejxien tal-membri tiegħu billi jimmaniġġja aħjar it-talbiet għax-xogħol li għandu u l-membri jieħdu l-massimu ta’ dak li hu possibbli.
//= $special ?>