Lokali

Għan-nies, is-sitwazzjoni tal-prezzijiet “mhix taħt kontroll”

Rabja kbira min-nies ghal dak li qalet Miriam Dalli lil Net News. Ghall-familji, ir-realta’ tal-prezzijiet hija ghal kollox differenti.

U fuq il-media socjali, ir-reazzjoni fl-ahhar 24 siegha kienet qawwija:

“Ejja int għamilli x-xirja. Intik l- istess ammont ta’ flus fil-ġimgha..u jekk il-kont jiġi għola mill-flus li ntik oħroġomli int ħu paċenzja..u nibqa’ taħt kontroll”

Hafna nies kitbu kif minn ġimgha għal ġimgħa il-prezzijiet qed ikunu differenti mill-ġimgħa ta’ qabel meta tkun xtrajt l-istess affarijiet.

Ohrajn, kienu aktar diretti lejn il-Ministru Dalli: Jghidulha, “ara tkampax b’elf euro paga u loan li jaqtalek nifsek “

“Mela din ma toħrogx tixtri jew ghandek xi sponsor u free delivery?”

“Mur għidha lil xi pensjonant din li l-prezzijiet taht kontroll!”

Din ir-reazzjoni iebsa min-nies waslet wara li l-Ministru Miriam Dalli provat tindika li is-sitwazzjoni tal-indiċi tal-prezzijiet f’pajjiżna hija kkontrollata ferm.

Iżda il-kummenti tan-nies juru verament li r-realta’ tal-Maltin u Għawdxin hi li sal-aħħar tax-xahar mhux qed jirnexxilhom ikampaw bil-paga jew il-pensjoni li jaqilgħu, tant li ġieli lanqas l-affarijiet essenzjali u bażiċi ma jkunu jifilħu jixtru.

Filfatt kienu diversi dawk li kkummentaw li l-Ministru qed tirraġuna hekk minħabba l-fatt li hi m’għandix paga minima. Kien hemm ohrajn li qalulha: “Tinsiex… mhux kulħadd hu ġahan”