Lokali

Ħadd ma weġġa’ f’nirien fi stabbiliment f’Paceville

Fortunatament ħadd ma weġġa’ wara li kmieni it-tlieta filgħodu, żviluppaw nirien fi stabbiliment tad-divertiment f’Paceville.

Jidher li n-nirien bdew mis-saqaf tal-istabbiliment.

Żgħażagħ u nies li kienu ġo dan l-istabbiliment kellhom jiġu evakwati sakemm ġie kkontrollat in-nirien mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Fuq il-post ġew msejjħa wkoll membri mill-RIU, pulizija tad-distrett kif ukoll membri mill-Community Policing.