Hekk kif illum se tkun qed issir iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Paraolimpjadi, il-bandiera tal-Afghanistan se tkun qed tinġarr f’din iċ-ċerimonja bħala att ta’ solidarjetà mal-pajjiż Afghan. L-atleti tal-pajjiż kellhom jirtiraw minn dan l-avveniment wara li l-vjaġġi kollha kienu mħassra mill-belt kapitali Kabul.
L-Afghanistan kien se jkollhom żewġ atleti f’dawn il-paraolimpjadi. Il-Kumitat Paraolimpiku Internazzjonali kkonferma li dan se jkun messaġġ ta’ solidarjetà u paċi madwar id-dinja, b’rappreżentat tal-Kummissjoni tar-Refuġjati tal-Ġnus Magħquda se jkun qed iżomm il-bandiera waqt iċ-ċerimonja.
//= $special ?>