Wara l-inċidenti li seħħew fil-partita bejn Nice u Marseille mill-Ligue 1 fejn partitarji ta’ Nice tefgħu flixkun li laqat player ta’ Marseille bl-istess player jerġa jitfa’ l-flixkun lejn il-partitarji, b’konsegwenza li l-partitarji ta’ Nice qabżu fil-ground jattakkaw lill-istess player, il-Kumitat tal-Futbol Professjonali fi Franza ltaqa’ sabiex jiddiskuti dan il-każ.
Jidher li l-unika deċiżjoni uffiċjali li ttieħdet kienet li l-curva ta’ Nice tingħalaq għall-erba’ partiti filwaqt li għad irid ikun deċiż x’se jkun l-eżitu tal-partita wara li kienet abbandunata bit-tim ta’ Nice ikun fil-vantaġġ 1-0.
//= $special ?>