Bħal ma jagħmel tista’ tgħid kuljum, il-Ministru Evarist Bartolo dalgħodu qam jagħmel il-messaġġ ta’ kull filgħodu, u llum għażel li jitkellem fuq l-għoli tal-ħajja. Preċiżament qam jitkellem fuq kemm f’Malta l-ħajja mhix togħla.

Izda b’reazzjoni għal dan, kienu diversi dawk li kitbu lura lill-Ministru u li esprimewha kif iħossuha.

Fost il-kummenti, kien hemm min kiteb li l-ħajja qed togħla kuljum u li l-Ministru ma jħosshiex għax il-paga tiegħu mhux bħal ta’ ħafna nies.

Oħrajn kitbu li n-nies mhumiex boloh u li l-Ministru qed jifraħ filwaqt li sħabu qed idaħħlu l-eluf minn taħt waqt li ħaddieħor ibati l-konsegwenzi.

Fost il-kummenti kien hemm min ħa l-okkażjoni jfakkar ukoll lill-Ministru li Malta hija l-uniku pajjiż li ġie greylisted mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Il-Partit Laburista bħalissa għaddej b’kampanja li qed tipprova tikkonvinċi lin-nies li l-ħajja mhix togħla. Iżda min jagħmel xirja b’mod regolari, jaf sewwa kemm din mhijiex ir-realtà li qed ngħixu.
//= $special ?>