Lokali Qorti

“It-talba ta’ Yorgen Fenech dwar il-mobile ta’ Keith Schembri hija biss ‘fishing expedition'”-Il-Kummissarju

Il-Kummissarju tal-Pulizija ddeskriva l-allegazzjoni, magħmula mill-avukati difensuri ta’ Yorgen Fenech, li l-pulizija huma fil-pussess ta’ estrazzjoni kompleta tal-mowbajl relatata ma’ Keith Schembri, bħala sempli ‘fishing expedition’ u hija maħsuba biss biex tkaxkar aktar il-proċeduri.

Fi tweġiba għal rikors tal-qorti ppreżentata mid-difiża ta’ Fenech, fejn ingħad li dejta mill-mobile nieqes ta’ Schembri kienet b’xi mod ġiet estratta mill-pulizija, il-Kummissarju tal-Pulizija poġġa l-oneru tal-każ fuq id-difiża, fejn skont hu hija għanda tipprova dak li qed tallega.

Il-każ Kostituzzjonali li jittratta t-talba ta’ Fenech għat-tneħħija tal-investigatur ewlieni s-Supretendent Keith Arnaud li qed jinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kellu jiġi deċiż b’sentenza f’Novembru li ġej, iżda fl-applikazzjoni ppreżentata nhar it-Tnej, l-avukati ta’ Fenech jgħidu li l-pulizija reċentement ħadu pussess ta’ estrazzjonijiet mill-mowbajl ta’ Keith Schembri.

“Dan il-mowbajl jidher li fih informazzjoni li tista’ tikkonferma dak li qed jitlob l-klijent tagħna,” taqra l-applikazzjoni, u tgħid li l-evidenza hija vitali għall-każ tiegħu. Fit-tweġiba tiegħu, il-Kummissarju tal-Pulizija argumenta li l-applikazzjoni tal-avukati hija nulla proċeduralment u li d-dejta analizzata sal-lum ma kellha l-ebda rilevanza għall-każ tal-qtil.

Jekk xejn kien f’idejn it-tim legali ta’ Fenech li jipprova dak li kien qed jallega u għandu jispjega u jipprova fejn instabet din l-estrazzjoni, dak li kien fiha u r-rilevanza tagħha għall-proċeduri. “Fi kwalunkwe każ, it-talba hija vessatorja u għandha l-għan li tkaxkar il-proċeduri sabiex l-applikant ikun jista’ jkompli bit-tattika ta’ ‘fishing expedition” qal il-Kummissarju. L-avukati tal-Avukat tal-Istat Chris Soler u Maurizio Cordina ffirmaw ir-risposta.