Internazzjonali

ITALJA: Imut tifel ta’ 4 snin wara li ġġarfet binja

Kienu kważi għalxejn it-tentattivi li saru mill-uffiċjali tal-emerġenza meta ssejħu fil-periferija ta’ Turin wara li krollat binja ta żewġ sulari. Dan hekk kif it-traġedja ħalliet tifel ta’ 4 snin bla ħajja.

Il-każ seħħ ftit qabel id-9am.

Il-vittma huwa t-tifel ta’ mara li nħarġet ħajja minn qalb it-tifrik. Għalkemm il-kundizzjoni tagħha hi gravi.

B’kollox huma erbgħa l-persuni li ġew salvati.

Dwar dan l-inċident għaddejin l-investigazzjonijiet, bl-ewwel rapporti juru li l-binja ċediet wara li seħħet splużjoni żgħira.