Lokali

Jitħabbru tibdiliet fir-restrizzjonijiet tal-COVID-19

Mis- 6 ta’ Settembru.. ser jerġgħu jitħallew isiru attivitajiet tal-massa fejn in-nies ikunu jistgħu joqgħodu bilwieqfa.

Dawn l-attivitajiet ser jiġu limitati għall-100 persuna u ser jitħallew jattendu biss dawk li ħadu l-vaċċin għal kontra l-Covid-19.

Ġie mħabbar ukoll li mit-13 ta’ Settembru ser tkun qed tingħata booster lil xi nies. Dawn jinkludu nies li għandhom sistema immunitarja baxxa, dawk li jinsabu f’dar tal-anzjani kif ukoll nies li għandhom kundizzjonijiet mediċi qawwijja.

Dawk li huma eliġġibli għall-booster, ser ikunu qed jirċievu appuntament bil-posta.